Ir-Renju Unit huwa lest li jieħu azzjoni legali kontra Franza dwar il-kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tas-sajd wara Brexit. Ħabbret dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ingliż, Liz Truss.
Ix-xahar li għadda, ir-Renju Unit u Jersey kienu diġà rrifjutaw għexieren ta’ permessi lil dgħajjes Franċiżi biex ibaħħru fl-ibħra Ingliżi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bi tpattija, Franza qalet li se timblokka dgħajjes Brittaniċi minn xi wħud mill-portijiet tagħha kif ukoll taqta’ l-elettriku lejn Jersey.