Irritornat it-tbissima fuq fomm iċ-ċkejknin li fil-Halloween, u wara xhur sħaħ b’diversi restrizzjonijiet u attivitajiet li kellhom jitħassru, setgħu jerġgħu jilbsu l-kostumi kkuluriti, u tul il-jum ħarġu jittantaw xortihom biex jiddubbaw ftit ħelu b’xejn.
Minkejja li f’Malta hawn ħafna li għadhom xettiċi dwar l-għeruq ta’ din il-festa, oħrajn jaraw il-Halloween bħala festa għat-tfal.
Xhieda ta’ dan huma ċ-ċkejknin infushom li ltqajna magħhom f’żewġ ċentri għax-xiri li żorna tul il-jum.
“Why do you like Halloween? It’s the best way to scare people. Because it brings lots of candy. Because you go trick or treating. Ikollok il-ħin biex tkun tal-biża’. Għax jiena nħobbu għax naqla ħafna ħelu. Għax nilbes il-kostum. Cause it’s scary. Biex niħu trick or treat.”
Staqsejnihom ukoll dwar il-kostum li kienu lebsin.
“And why are you dressed like a pirot today? Because they fight each other. Spider, saħħara, ghost. Qed nagħmel taparsi skeleton u zombie flimkien.”
Mat-tfal kien hemm il-ġenituri, li qalulna li minkejja li mhumiex fanatiċi tal-Halloween, ħadu gost jaraw lil uliedhom ferħana wara xhur ’il bogħod milli jgawdu t-tfulija kif konna mdorrijin biha qabel il-pandemija.
“Bil-Covid tant ilhom u ma kellhomx fhimt fiex jiħdu naqra gost għax jien ma nemminx bih il-Halloween lanqas imma it-tfal biex qishom lebsin lanqas fil-karnival ukoll kien ma tistax tgawdih. Mela jiena naħseb il-Halloween jiġi biex jiħdu pjaċir it-tfal. Ma nara xejn li huwa dangerous għat-tfal u ġibha hawnhek biex tiħu pjaċir mat-tfal oħrajn biex ikollna biex niħdu naqra pjaċir wara l-pandemija li għaddejna niħdu pjaċir b’xi ħaġa hekk. Hija event li t-tfal jiħdu gost allura la nara lilhom jiħdu gost nagħmilha għalihom.”
Waħda mill-ommijiet qaltilna kif hi tispjega lil bintha dwar il-festa tal-Halloween.
“Biex tispjegalhom għadhom naqra żgħar imma jaraw id-decorations u hekk. Li nipprova najdilha li għalija niċċelebraw il-mewt tan-nies għax mhijiex xi ħaġa kerha biss. Li nibqgħu niftakruhom kif kienu u hekk.”
Din l-omm u bintha, żgur li ferrħu bosta ċkejknin, hekk kif tul il-jum żaru diversi ħwienet u ċentri tax-xiri u bdew iqassmu l-ħelu lit-tfal.
“Dis-sena iddeċidiet qbadna ftit ħelu, morna ġo shopping malls oħrajn ukoll għax hawnhekk għadna kemm wasalna issa u qassamna ftit lit-tfal ukoll. Tgħidilhom happy Halloween u ttihom xi ħaġa tal-ġelu. Kulħadd baqa’ qishu iċċassat għax ma kienux qed jistennew kulħadd bil-borża vojta kien imsieken imma allinqas għamilna xi ħaġa sabiħa wkoll.”