Raġel ta’ ħamsa u erbgħin sena mill-Mosta sofra xi ġrieħi kawża ta’ ħruq f’inċident li seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja u nofs f’workshop f’Tal-Pietà.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ welding.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma ngħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.