L-Aġenziji tal-Intelligenza Amerikani qalu li x’aktarx qatt mhu se jinstab minn fejn oriġina l-Covid-19, iżda li kkonkludew li ma nħolqitx biex tintuża bħala arma bijoloġika.
F’assessjar ġdid dwar minn fejn oriġina l-virus, l-Uffiċċju tad-Direttur tal-Intelliġenza Amerikana qal li t-trażmissjoni minn annimal għal bniedem u li nħareġ minn ġo laboratorju, huma żewġ ipoteżi li jagħmlu sens dwar kif inxtered.
Iżda ntqal ukoll kif m’hemmx biżżejjed informazzjoni biex tintlaħaq konklużjoni.
Min-naħa tagħha, iċ-Ċina kkritikat dan ir-rapport.