Is-sentenza ta’ Jason Vella, li kien instab ħati li kkaġuna l-mewt ta’ mara ta’ wieħed u sittin sena, ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Appell.
Vella kien instab ħati f’Ottubru tal-elfejn u tnax, b’vann tajjar u qatel mara fi Triq Raħal Ġdid, hekk kif kien qiegħed isuq b’veloċità eċċessiva.
Huwa kien sostna fil-Qorti li l-mara qasmet it-triq wara li ħarġet minn bejn żewġ karozzi.
Il-Qorti sostniet li minkejja l-fatt li l-mara ma qasmitx minn zebra crossing, hija kienet diġà qasmet tliet kwarti tat-triq qabel intlaqtet mill-karozza.
Għalhekk il-Qorti kkonfermat is-sentenza ta’ Vella, ta’ multa t’elfejn ewro, u sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.