Hubert Gatt ta’ 32 sena mill-Gżira nħeles mill-arrest wara li kien tressaq il-Qorti akkużat li kien kompliċi f’hold up f’ħanut tal-pastizzi f’Ħal Qormi.
Fil-Qorti, quddiem l-Imħallef Consuela Scerri Herrera, l-Avukat Difensur Ishmael Psaila reġa’ ppreżentata talba għall-ħelsien mill-arrest.
Hawnhekk l-Imħallef, filwaqt li qieset dak kollu li ngħad minn kull parti, qalet li tħoss li f’dawn iċ-ċirkostanzi minħabba d-dewmien ta’ żmien li hemm fil-ġbir tal- provi, tilqa’ t-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.
L-allegat serqa kienet seħħet fit-30 ta’ Marzu li għadda.