Dan huwa każ ta’ politiċi li vera daħlu fl-ispirtu tal-Milied – forsi xi ftit iżżejjed!
Ħaddiema tal-ambaxxata Amerikana f’Tokyo nġabru biex jagħtu wirja tal-hekk imsejjħa Koi Dance, ċioe żifna tal-imħabba. Din hija żifna li kisbet popolarità kbira għaliex żifnuha waqt programm televiżiv Ġappuniż segwit immens.
Dik li tidher fil-bidu u fir-ritratt ta’ fuq hija Carolyn Bouvier-Kennedy, l-ambaxxatriċi Amerikana għall-Ġappun u bint l-eks President Amerikan John F. Kennedy. Dawk li hemm jiżfnu magħha huma wħud mill-ogħla uffiċjali.
Ftit mumenti biss wara li tela’ online, dan il-filmat kellu aktar minn 2.8 miljun persuna li ratu.
https://youtu.be/7xuXlpvWw1I