Koppja Spanjola li kissret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest ma tilfitx il-garanzija personali kollha minħabba emendi fil-liġi li daħlu fis-seħħ riċentament.
Iż-żewġ persuni kienu ġew arrestati s-sena l-oħra hekk kif inqabdu jixorbu f’bar meta dawn l-istabbilimenti kellhom ikunu magħluqin minħabba l-imxijja.
Huma kienu akkużati wkoll li kienu aggressivi mal-Pulizija, iżda ingħataw il-ħelsien mill-arrest.
Fuq dak il-każ huma ġew ordnati jħallsu depożitu u garanzija personali, kif ukoll li ma joħorġux wara ċertu ħin.
Madwar tliet xhur wara dan, iż-żewġ persuni nqabdu barra fl-erbgħa ta’ filgħodu.
Minkejja dan, il-Qorti żammet tliet mitt ewro mill-ħamest elef ewro li ddepożitaw minħabba l-ewwel każ.
Għal din id-deċiżjoni l-Qorti kkunsidrat rapporti minn żewġ uffiċjali tal-probation, li jsostnu kif il-koppja għandha xogħol fiss u li tgħix ħajja stabbli.
Għalhekk, ġie deċiż li multa kienet il-kastig ġust għall-ksur ta’ dawn il-kundizzjonijiet.