Tul l-2021, il-medja taż-żieda fis-salarji kienet ta’ 2.5%, bl-aktar setturi kompetittivi u li ma ntlaqtux ħafna mill-pandemija jaraw l-akbar żieda. Dan kollu jaqbel ukoll ma’ rapport tal-Unjoni Ewropea li wkoll wera żieda ta’ aktar minn tejn fi-mija bejn l-2020 u l-2021.
Dan ħareġ mir-rapport annqali dwar il-Pagi u l-Benefiċċji għal din is-sena, li kien ibbażat fuq informazzjoni li nġabret b’mod idrett minn min iħaddem biex ir-rapport ikun ġenwin.
Fl-istess rapport il-MISCO ppubblikat ukoll ir-riżultati tat-tmien edizzjoni ta’ stħarriġ annwali ippubblikat ukoll minn misco dwar l-iżvilupp tar-riżorsi umani f’Malta.
L-istess rapport isemmi wkoll il-mod kif il-kumpaniji qed jadottaw strateġiji differenti biex ifasslu l-ħlas tal-pagi.
Ir-rapport tfassal bil-ħsieb li jgħin it-tmexxija tal-kumpaniji lokali jiżguraw li l-istrateġiji tagħhom dwar kif jippremjaw il-ħaddiema, taqbel mal-pożizzjoni tas-suq u ma dak li qed ikun offrut.
Min iħaddem u l-ħaddiema jistgħu jaċċessaw kopja tar-rapport billi jagħmel kuntatt fuq businessreports@miscomalta.com.