Kuċċier minn Tal-Pietà ta’ tmienja u għoxrin sena weġġa’ serjament wara li waqa’ minn fuq is-serkin.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar waqt tiġrija fil-Korsa l-Antika tal-Marsa.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.