Is-Sahara Desert huwa wieħed minn dawk il-postijiet li wieħed ma jkunx qed jistenna li tinżel il-borra. Dan hekk kif hu meqjus bħala wieħed mill-aktar reġjuni sħan b’temperatura medja ta’ tlettin Grad Celsius. Iżda ftit tal-jiem ilu ġara fenomenu li bħalu seħħ l-aħħar fi Frar tal-1979.
Fotografu bl-isem ta’ Karim Bouchetata rrakkonta kif ftit tal-jiem ilu waqt li kien qiegħed ma’ sħabu, raw il-borra nieżla. “Għall-ewwel ma stajtx nemmen. Lanqas sħabi. Iżda hekk kif beda nieżel bil-mod il-mod fuq ir-ramel, ħoloq ġmiel kbir. Allavolja minix fotografu professjonali, ma stajtx ma nieħux erba’ ritratti speċjalment meta din rari sseħħ.”
Filfatt din hija it-tieni dara f’37 sena li niżlet il-borra, fejn l-ewwel darba kienet fi Frar tas-sena 1979, li niżlet fl-Alġerija.