Iċ-Ċina għaddiet liġi marbuta mal-edukazzjoni tat-tfal li timmira li ttaffi l-pressjoni li jġib miegħu x-xogħol għad-dar u l-privatijiet war l-ħin tal-iskola.
Il-ġenituri huma mħeġġa li jassiguraw li t-tfal ikollhom ħin raġjonevoli għall-mistrieħ u l-eżerċizzju filwaqt li ma jqattgħux wisq ħin fuq l-internet.
F’Awwissu li għadda ċ-Ċina kienet waqqfet eżamijiet għal tfal li għandhom sitta u seba’ snin.
L-istat introduċa wkoll numru ta’ miżuri bil-għan li jimmoderaw il-vizzju li għandhom it-tfal għall-kultura diġitali.
S’issa għadhom ma ġewx ippubblikati d-dettalji kollha iżda rapporti tal-midja jissuġġerixxu li l-liġi tinkoraġixxi lill-ġenituri biex irawmu l-iżvilupp intelletwali tat-tfal u l-ħiliet soċjali tagħhom.