Mexxejja Ewropej taw ġieħ u sellmu lill-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel waqt l-aħħar summit tagħha fi Brussell wara li ilha għal dawn l-aħħar sittax-il sena fit-tmun.
Dan huwa l-107 summit ta’ Merkel bħala Kanċillier.
Angela Merkel bħalissa qed tmexxi lill-Ġermanja iżda għaddejjin taħdidiet biex tiġi ffurmata koalizzjoni wara l-elezzjoni federali xahar ilu.
Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel fakkar din l-okkażjoni permezz ta’ vidjow ippubblikat fuq il-midja soċjali li juri lil Merkel tattendi summits fil-passat.
F’diskors li għamel Michel qal li s-summits mingħajr Angela Merkel qishom Ruma mingħajr il-Vatikan jew Pariġi mingħajr Torri Eiffel.