Studju ġdid jitfa’ dawl fuq il-kaċċa tal-iljunfanti biex jeħdulhom in-nejbiet f’partijiet tal-Możambik, wassal għall-evoluzzjoni ta’ iljunfanti mingħajr nejbiet.
L-istudju, li ġie ppubblikat f’rivista dwar ix-xjenza, sab li l-ġenetika ta’ iljunfanti mingħajr nejbiet, li kienet rari, saret ferm aktar komuni.
Huwa mifhum li l-kaċċa għal dawn l-annimali kienet issir biex titteħdilhom in-nejba għall-skopijiet ta’ kummerċ biex tiġi ffinanzjata l-gwerra ċivili li damet għaddejja minn 1977 sal-1992.
Qabel il-gwerra l-popolazzjoni ta’ ljunfanti nisa mingħajr nejbiet kienet ta’ 18.5%, iżda fil-bidu tas-snin 90 ir-rata telgħet għal 33%.
L-istess bħalma l-ġenetika tal-bniedem tgħaddi l-kulur tal-għajnejn u t-tip ta’ demm, l-istess l-iljunfanti, jekk jirtux in-nejbiet tal-ġenituri tagħhom.