Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, il-vetturi hybrid plug-in li jaħdmu kemm bid-diesel u bl-elettriku żdiedu b’50%.
Dan meta mqabbel mat-tieni kwart ta’ din is-sena.
Statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wriet żieda wkoll f’karozzi oħra tat-tip hybrid plug-in.
Sal-aħħar ta’ Settembru li għadda kien hawn erba’ mija u ħdax-il elf u sitta u ħamsin vettura.
Kważi sittin fil-mija ta’ dawn il-vetturi jaħdmu bil-petrol.
Bejn Lulju u Settembru kien hemm ħamest elef, mitejn u ħamsa u tletin vettura ġdida fit-toroq Maltin.
Kważi tnejn u sittin fil-mija tal-vetturi huma karozzi tal-passiġġieri.