Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-prezzijiet tal-enerġija f’pajjiżna baqgħu f’rata stabbli meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.
Dan ħareġ minn statistika maħruġa mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Dan hekk kif fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra, il-prezz tal-enerġija f’pajjiżna kien ta’ tnax-il ewro u disgħin ċenteżmu u fl-ewwel nofs ta’ din is-sena kien ta’ tnax-il ewro u tmenin ċenteżmu għal kull Kilo Watt fis-siegħa.
B’differenza, il-medja tal-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea hija iżjed ogħla minn dik ta’ Malta.
Dan hekk kif fl-ewwel nofs tas-sena li għaddiet u ta’ din is-sena, iż-żieda kienet ta’ iżjed minn wieħed u għoxrin ewro (€21) għal kull Kilo Watt fis-siegħa.
Disa’ ewro iżjed mill-prezzjiet tal-enerġija f’pajjiżna.
Il-prezzijiet tal-elettriku żdiedu f’sittax-il stat tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.
Bl-ikbar żidiet fil-prezzijiet ġew irreġistrati fl-Islovenja, fil-Polonja u fir-Rumanija.
Il-Eurostat qalet li l-orħos tariffi tal-elettriku fil-pajjiżi, fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ġew reġistrati fl-Ungerija, fil-Bulgarija u f’Malta.
Filwaqt li l-ogħla prezzijiet ġew reġistrati fil-Ġermanja, fid-Danimarka, fil-Belġju u fl-Irlanda.