Il-Gran Ospitalier fl-Ordni ta’ Malta, Prinċep Dominique de la Rocherfoucauld de Montbel, ippreżenta vann u mobile emergency clinic lill-immigranti taċ-ċentri miftuħa tal-Marsa u dak ta’ Ħal Far.
F’pajjiżna bħalissa hawn 670 refuġjat fiċ-ċentri miftuħa għar-refuġjati.
Il-mobile emergency clinic, b’kollaborazzjoni mar-Red Cross, se tintuża f’każijiet ta’ emerġenza fiċ-ċentri miftuħa kif ukoll mal-wasliet ta’ immigranti.
Il-vann se jintuża biex jieħu l-immigranti l-isptar jew f’każ ta’ bżonnijiet oħra jew inkella għal-lezzjonijiet li jkollhom fiċ-ċentru tal-Marsa.
Dan l-investiment sar possibli wara laqgħat bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella u l-Ordni ta’ Malta.