Is-sitwazzjoni finanzjarja taż-żgħażagħ tjiebet meta mqabbla mas-sena l-oħra.
Hekk wera stħarriġ tal-EY dwar iż-żgħażagħ f’pajjiżna.
L-istħarriġ juri kif 46% taż-żgħażagħ ikbar fl-età raw titjib finanzjarju meta kkumparat mas-sena l-oħra.
Dan filwaqt li 42% taż-żgħażagħ iżgħar fl-età f’pajjiżna wkoll raw titjib finanzjarju. Dan ifisser li n-numru ta’ żgħażagħ ikbar fl-età li ħassewhom marru aħjar finanzjarjament żdied bi 12% meta mqabbel mas-sena l-oħra. Filwaqt li fl-istatistika ta’ żgħażagħ iżgħar fl-età u li wkoll ħassew kambjament għall-aħjar żdied bi 15% fuq is-sena l-oħra.
L-ammont ta’ żgħażagħ li ħassewhom baqgħu l-istess jew marru għall-agħar finanzjarjament ukoll ra tnaqqis mill-istatistika tas-sena l-oħra.
L-istħarriġ wera wkoll kif din is-sena, hekk kif pajjiżna ħiereġ mill-pandemija, iż-żgħażagħ bdew inaqsu t-tħassib tagħhom dwar il-pandemija.
L-istudju nnota tnaqqis minimu ta’ żgħażagħ li huma mħassba dwar l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Iż-żgħażagħ imbagħad huma konxji iżjed tal-ambjent, tat-traffiku u tal-iżvilupp.