Ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:15 ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex.
Il-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li vettura tal-għamla Hyundai Tucson misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti r-Rabat, Għawdex kellha mpatt ma’ vettura oħra tal-għamla Hyundai Excel, misjuqa minn raġel ta’ 54 sena li kellu miegħu passiġġiera fl-istess vettura, mara ta’ 52 sena u t-tnejn residenti ż-Żebbuġ, Għawdex.
Fuq il-post issejjħu tim mediku u membri mill-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-persuni fil-vettura Excel. Aktar tard il-mara ta’ 52 sena ġiet iċċertifikata li qiegħda issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li r-raġel ta’ 54 sena sofra ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq il-każ.