George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż, ingħata €10,000 kumpens fuq ordni tal-Qorti wara li din sabet li d-dritt għall-privatezza tiegħu ġie miksur minn interċetazzjoni ta’ telefonata mhux awtorizzata mis-Servizzi Sigrieta Maltin.
Dan minkejja li l-istess Qorti sabet ukoll li d-dritt għal smigħ xieraq tiegħu quddiem il-Qorti ma ġiex miksur.
It-Tlieta filgħodu, l-Imħallef Toni Abela ordna li l-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-Avukat tal-Istat u s-Servizzi Sigrieta Maltin.
Degiorgio qed ikun akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop.
Fil-Qorti nstab li l-ħin tal-interteċettazzjoni inizjali ma kien jirrelata xejn mal-qtil ta’ Caruana Galizia.
B’rabta ma’ dan il-każ is-Supretendent Keith Arnaud qal li huwa qatt ma ra l-mandat biex issir l-interċettazzjoni.
Huwa sostna wkoll li dan mhux xogħlu.
Intant xhieda oħra, fosthom mid-Direttur tal-MSS Joseph Bugeja, instemgħet wara bibien magħluqa.