Dan is-sit jista’ jiżvela li daħlu rekord ta’ 170 applikazzjoni għal MUŻIKA MUŻIKA. Nhar il-Ġimgħa 15 t’Ottubru għalaq iż-żmien li għalih setgħu jidħlu s-sottomissjonijiet tal-kanzunetti għal Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija 2022. Hekk kif għalaq il-ħin għas-sottomissjonijiet naraw li għal festival li jmiss hemm 21 sottomissjoni aktar mill-149 li kienu applikaw ghall-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika.
Dan l-ammont rekord t’applikazzjonijiet hu turija tas-suċċess li nkiseb fl-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika. Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda l-proċess tal-għażla, hekk kif dawn il-170 sottomissjoni u kanzunetti jinstemgħu quddiem ġurija apposta, sakemm fit-13 ta’ Novembru li ġej jitħabbru uffiċjalment l-20 kanzunetta li se jikkompetu fis-semifinali ta’ Mużika Mużika li se jkun qed jittella’ fl-24, 25 u 26 ta’ Marzu, 2022 b’12-il kanzunetti li jgħaddu għas-serata finali.
Glen Vella bil-kanzunetta ‘Ħarsa Biss’ bi kliem ta’ Joe Julian Farrugia u mużika ta’ Philip Vella, kien rebaħ l-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika b’78 punt bejn ġurija u vot tal-pubbliku.
Segwi hawn li Glen Vella jinterpreta l-kanzunetta rebbieħa: