L-ewwel ftehim minn tnejn dwar l-art tal-Lowenbrau f’Ħal Qormi kien sar mingħajr lanqas biss kien jaf li qed jinħadem il-Kummissarju tal-Artijiet, li fl-aħħar mill-aħħar kien se jkun responsabbli għal dan id-‘deal’.
Żvela dan id-dettall il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, li f’One News Breakfast kien qed jikkummenta dwar żewġ rapporti tal-Awditur Ġenerali li kkundannaw lil Jason Azzopardi.
Dan l-ewwel kuntratt kien deskritt bħala ħadma b’ħażen mill-avukat Robert Abela, li wkoll kien qed jieħu sehem fl-istess programm.
Bħalli kieku dak li seħħ fl-2009 ma kienx biżejjed, kien hemm pass ieħor tliet snin wara, sena qabel l-Elezzjoni Ġenerali.
Minnu kompla jgawdi Żaren Vassallo, li meta xehed mal-Awditur, qal li tal-Marsovin (li kienu fil-pussess tal-art qablu) qalulu li kien hemm Ministru li jaf kollox.
Ministru li ma qalx min hu.
Il-Ministru Bonnici reġa’ fiehem kif kemm ilu fil-politika ma ltaqax ma’ rapport tal-Awditur Ġenerali ta’ dan it-tip.
Fisser kif dawn huma l-ewwel żewġ rapporti minn erba’ li talab. U diġa’ huwa ċar li issa l-piż irid jerfgħu l-eks Ministru li llum huwa deputat ewlieni ta’ Simon Busuttil.