Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri stqarr li wasal iż-żmien biex il-Korp tal-Pulizija jaġġorna l-proċeduri tiegħu rigward reklutaġġ ta’ persuni li għandhom it-tpinġija, sabiex dawn ikunu jistgħu jingħaqdu mal-Korp tal-Pulizija.
Il-Ministru Camilleri qal li dan qed isir sabiex ma jintilifx iżjed talent li hu utli għal ġid tas-soċjetà tagħna, sempliċment għax persuna tkun għażlet li tagħmel it-tpinġija.
Għal dan il-għan, il-Ministru Camilleri sostna li għandu jkun hemm linji gwida ċari.
Dan hekk kif bħalissa qed issir trasformazzjoni strateġika fil-Korp tal-Pulizija, sabiex dan issir aktar modern, inklussiv u rappreżentattiv tas-soċjetà inġenerali.