Stqarrija li ħarġet aktar kmieni llum tikkonferma jekk qatt kien hemm bżonn, kif art ta’ €8miljuni fejn kien hemm il-fabbrika tal-Lowenbrau f’Ħal Qormi, ingħatat għal €700,000 minn Jason Azzopardi, li kien jaf bil-valuri nominali li bih kienet se tingħata l-art kif jgħid l-Awditur Ġenerali. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista.
Il-PL qal li filfatt fir-rapport tiegħu, l-Awditur Ġenerali jgħid li: “An element of responsibility must also be attributed to the Minister MFCC, who was aware of the nominal compensation being claimed by the GPD and should have questioned how a tract of developable land measuring approximately 20,000 square metres was being disposed of by the Government for this inconsiderable sum”.
L-Awditur Ġenerali qed jgħid bl-aktar mod ċar u inekwivoku, iswed fuq l-abjad, li l-eks-Ministru Nazzjonalista Jason Azzopardi għandu jerfa’ r-responsabiltà fuq dan il-każ. Għaldaqstant kemm Azzopardi, kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni flok jinfexxew jattakkaw lill-ġurnalisti għax jistaqsu u jagħmlu xogħolhom, iridu jwieġbu u fl-aħħar mill-aħħar jaġixxu fuq dak li tant ipaċpċu dwaru, temmet tgħid l-istqarrija.