Ali Harba Ali huwa ż-żagħżugħ Ingliż ta’ ħamsa u għoxrin sena li ġie arrestat skont liġi tat-terroriżmu b’rabta mal-każ ta’ qtil tal-membru parlamentari Ingliż Sir David Amess.
Qed jiġi raportat li s-suspettat huwa iben eks uffiċjal għoli tal-Gvern tas-Somalja.
Iż-żagħżugħ kien arrestat fuq il-post fejn seħħ l-attakk fejn il-membru Parlamentari Amess kien qed itella’ attività politika.
Hu kien ħa sehem fi programm offrut mill-Gvern Ingliż bl-isem ta’ Prevent li huwa maħsub biex iwaqqaf ir-radikalizzazzjoni.
Minkejja dan, huwa ma kienx punt ta’ referenza għas-servizzi tas-sigurtà, l-MI5.
Missieru kkonferma li ibnu kien fil-kustodja tal-pulizija u qal li hu trawmatizzat u li dan l-att m’għandux x’jaqsam ma’ xogħlu mal-Gvern Somalu.
Dan l-inċident qanqal diskussjoni fuq il-protezzjoni tal-membri parlamentari u saħansitra qed jiġi kkunsidrat li dawn l-uffiċjali jingħataw protezzjoni tal-pulizija.