”My Home” kantata minn Ike u Kaya se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li ser issir fid-19 ta’ Diċembru li ġej f’Pariġi. Il-kanzunetta rebbieħa ntgħażlet minn fost 12-il kanzunetta li s-Sibt filgħaxija ħadu sehem fil-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest li ttella’ fis-sala Robert Sammut fil-Furjana
Il-kanzunetta ”My Home” hija dwett b’differenza hekk kif naraw lil Ike jagħmel partijiet rap, filwaqt li Kaya tispikka bil-vuċi sabiħa tagħha. Il-kanzunetta hija miktuba minn Owen Leullen u Muxu, b’kompożizzjoni ta’ Cyprian Cassar.
F’isem one.com.mt nawguraw lil Ike u Kaya l-isbaħ affarijiet f’din l-avventura tagħhom.