Fi stqarrija l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti qalet li għall-kuntrarju ta’ dak li qed jagħmlu l-Ġermaniżi CABS (Committee Against Bird Slaughter [Murder]) u l-BirdLife Malta, l-FKNK mhux se ttellef jew tipprova tiddevja l-attenzjoni tal-Pulizija minn xogħolhom waqt investigazzjoni li jistgħu jkunu qed jagħmlu insegwitu għal xi rapporti li setgħu saru dwar l-aġir ta’ xi attivisti tal-CABS u/jew il-BirdLife Malta.
Il-FKNK sostniet li diġà kienet ċara kristal meta qalet li tikkundanna bil-qawwa kollha kull illegalità, inkluz insib li jista’ jsir bejn sagħtejn wara nżul ix-xemx u sagħtejn qabel tluh ix-xemx, u assulutament mhix ħa titollera jew tiddefendi lil x’ħadd li jista jinsab ħati fil-Qrati ta tali akkużi.
Bl-istess mod, il-FKNK qed tinsisti li huwa ukoll illegali li x’ħadd jidħol fil-propjeta’ privata mingħajr il-permess ta sid il-propjeta’, u fejn jista volontarjament jagħmel xi ħsara f’dik il-propjeta u/jew f’xi ħwejjeġ oħra li jkunu jistgħu jinsabu fil-propjeta, u li huwa ukoll reat kriminali li x’ħadd, b’mod arbitrarju ta ‘drittijiet, jezerċita jedd li jippretendi li għandu bl-awtorita’ tiegħu nnifsu. Kif ukoll, huwa llegali, jekk mhux saħansitra skandaluż, meta ċertu azzjonijiet jistgħu jkunu qed isiru minn barranin li jkunu qed joperaw f’Malta, li wieħed juża xi apparat biex jispjuna fuq ħaddieħor.
L-FKNK qalet li f’paniku, l-uffiċjal risponsabbli mill-midja tal-CABS, Axel Hirschfeld, apparti t-tehdid li ndirizza lejn il-FKNK, naqas li jirrealizza li l-FKNK qatt ma għamlet xi rapport mall-pulizija kif normalment isir fl-ghasses tal-pulizija, liema rapporti Hirschfeld qiegħed ukoll skorettement isejjaħ bħala foloz. Il-FKNK ħarġet biss stqarrijiet għall-istampa bill-fatti. U għalfejn qedin jippersistu b’din il-konfrontazzjoni mall-FKNK, il-CABS, u mhux iħallu l-pulizija tagħmel xogħla bla tfixkil? Dawn ma jafux b’dak li qal is-Segretarju tal-BirdLife Malta, Saviour Balzan, waqt l-aħħar Laqgħa Annwali Ġenerali tal-istess BirdLife Malta, fejn fi ftit kliem qal li huma ħa joqodu l-bogħod minn konfrontazzjonijiet ma l-aversarji tagħhom?
Għalhekk, il-FKNK taf, li l-pulizija ħa tinvestiga l-illegalitajiet allegati kollha, u ħa tieħu l-passi legali neċessarji minnufih, bl-istess intensita’ u serjeta’ kif normalment inkun investigat kwalunkwe allegat illegalita’ ta’ kaċċa w insib.
L-FKNK temmet tgħid li l-intensifikazzjoni tal-persekuzzjonijiet fuq in-nassaba fil-preżent, qed isiru għaliex, fil-probabbiltà kollha, l-CABS u l-BirdLife Malta jistgħu jkunu taħt l-impressjoni li possibilment jistgħu b’hekk jinfluwenzaw il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li fil-preżent qed tippresjedi l-Kawża kontra Malta rigward l-insib, liema Kawża ġiet stabbilita mill-Kummissjoni tal-UE.