Grupp ta’ ippopotami, wirt mhux mixtieq li ħalla l-baruni tad-droga Kolombjan Pablo Escar, se jiġu msewwija biex tiġi kkontrollata l-poplazzjoni li mmultiplikat b’mod mgħaġġel.
Escobar, li kien inqatel mill-pulizija fl-1993, kien importa b’mod illegali numru ta’ annimali eżotiċi fosthom żewġ ippopotami: mara u raġel.
Minn dakinhar ‘il quddiem, il-popolazzjoni kibret, u saħansitra saret speċi invażiva li għamlet ħsara fuq l-ispeċi indiġeni.
Il-Gvern Kolombjan s’issa steralizza 24 minn 80 ippoptami.