Il-kelliem ta’ Bernard Grech, Peter Agius kompla jisħaq fuq dak li qal il-Kap Nazzjonalista dwar il-Budget għas-sena d-dieħla.
Dan intqal waqt li kien f’programm fuq l-istazzjon nazzjonali wara l-Budget li ressaq il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana.
Skont Agius, il-Budget huwa nieqes mill-ideat.
Qal, “Dan il-Budget huwa minn din il-ħaġa, huwa nieqes mill-ideat.”
Peter Agius kompla ma’ Bernard Grech, li dan qal li huwa budget ta’ ħela u fl-arja.
Waqt dan il-programm kien hemm ukoll il-kandidat Laburista Andy Ellul.
Dan fisser il-Budget bħala wieħed pożittiv, tant li anke ġie mfaħħar mill-imsieħba soċjali.
Spjega, “Wieħed irid iżomm f’moħħu li dan huwa budget ta’ wara pandemija globali, li l-effett tagħha huwa għaxar darbiet akbar mill-kriżi finanzjarja tal-2008. Jien fl-opinjoni tiegħi, dan huwa wieħed, jekk mhux l-akbar Budget soċjali u ambjentali li qatt kellu pajjiżna.”