Il-kanzunetta u r-rappreżentant/a ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest li ġej se jintgħażlu permezz ta’ festival magħruf bħala l-Malta Eurovision Song Contest 2022 imxandar fuq l-istazzjon nazzjonali.
Is-selezzjoni Maltija għall-Eurovision kif konna nafuha se tirritorna wara li l-aħħar darba li ntużat kien fl-2018.
L-applikazzjonijiet għas-selezzjoni fetħu llum u jagħlqu fil-15 ta’ Diċembru li ġej.
L-ewwel se jkun hemm semifinali bi 22 kanzunetta imbagħad fil-finali dawn jinżlu għal 16.
Min jirbaħ il-Malta Eurovision Song Contest jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision li ġej f’Turin.