Il-Prim Ministru Lebaniż ħabbar jum ta’ luttu Nazzjonali għall-Ġimgħa wara li ġlieda b’armi tan-nar f’Bejrut il-Ħamis ħalliet minn tal-anqas sitt persuni mejta u aktar minn tletin oħra midruba. Rapporti qed jgħidu li kollox beda waqt dimostrazzjoni mill-Hezbollah u l-Amal kontra min kien qed jippresjedi fuq il-każ tal-isplużjoni f’Bejrut ta’ sena ilu.
Il-Forzi Lebaniżi ċaħdu li bdew jisparaw fuq min kien preżenti, u saħansitra ddeskrivew dan kollu bħala fost l-agħar vjolenza fil-pajjiż fl-aħħar snin.
Il-President Lebaniż qal li mhu se jħalli lil ħadd jieħu l-pajjiż ostaġġ minħabba l-interessi personali tiegħu.