L-ammiraturi tagħha madwar id-dinja, ilhom jistennew materjal ġdid sa mill-2015. Fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis 14 u l-Ġimgħa 15 t’Ottubru, il-kantanta ħarġet il-kanzunetta l-ġdida tagħha ”Easy on me”.
Għal kantanta nnifisha, inbidlu ħafna affarijiet mill-aħħar darba li ħarġet mużika ġdida. Il-kantanta wara trasformazzjoni sħiħa fid-dehra tagħha, issa qed toqgħod Los Angeles, apparti li għaddiet minn divorzju. Filfatt il-kanzunetta ġdida tagħha ”Easy on me” titratta dwar argumenti li persuna jkollha f’relazzjoni.
F’inqas minn 6 siegħat, fuq instagram tal-kantanta, silta mill-vidjo mużikali, rawha aktar minn 7.5 Miljun persuna, bi kwazi 83,000 li kkumentawlha dwaru.
Segwi hawn il-vidjo mużikali tal-kanzunetta ”Easy on me”