Id-Dumnikan, Patri Joseph Zahra nħatar mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa.
Huwa twieled fil-25 ta’ Mejju 1974 u studja l-Filosofija u t-Teoloġija fl-Università ta’ Bologna fl-Italja. Huwa beda l-formazzjoni reliġjuża fl-1992 fil-Kunvent tal-Madonna tal-Għar, ir-Rabat, u sentejn wara għamel l-ewwel professjoni solenni. Hu ġie ordnat saċerdot fit-22 ta’ Lulju 2003 fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa, fejn serva bħala viċi kappillan għal erba’ snin.
Il-Kurja qalet li Patri Joseph wettaq ħidma pastorali fil-parroċċa tal-Porto Salvo u San Duminku fil-Belt Valletta, u matul l-aħħar tmien snin qeda wkoll fl-Uffiċċju ta’ Promutur Provinċjali tal-Vokazzjonijiet Dumnikani.
Il-parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa tiġbor fiha madwar 4,282 persuna.