Bojan Cmelik instab ħati b’rabta mal-qtil tal-imprenditur Hugo Chetcuti.
Il-ġurati ħarġu bil-verdett tagħhom wara sitt sigħat jiddeliberaw.
Huwa nstab ħati bi tmien voti favur u wieħed kontra.
Cmelik kien deher jagħti daqqiet ta’ sikkina lil Chetcuti f’Lulju ta’ tliet snin ilu, barra stabbiliment tal-imprenditur.
Il-qraba tal-vittma nstemgħu jifirħu u oħrajn jibki mal-qari tal-verdett.
Il-partijiet għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom u l-Imħallef Aaron Bugeja, li ppreseda l-ġuri, mistenni jagħti s-sentenza tiegħu fil-ħin li ġej.