L-Avukat tal-aħwa George u Alfred Degiorgio, li jinsabu mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, talbu sabiex annullati l-proċeduri kriminali kontra tagħhom hekk kif qed isostnu li l-evidenza kontrihom ġiet miksuba b’mod illegali.
Dan ħareġ f’rikors ippreżentat quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili.
Fl-applikazzjoni li ressqu, l-akkużati qed jgħidu li l-Prosekuzzjoni għamlet enfasi fuq l-interċetazzjoni tal-mobiles tagħhom.
Hawn irreferew għal deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell li ordnat it-tneħħija ta’ ċertu recordings.
L-aħwa tqarrew wkoll li l-Kummissarju tal-Pulizija naqas milli jipprova li l-interċettar tat-telefonati sar b’mod legali.
Huma talbu wkoll għal kumpens talli skonthom inkisrulhom id-drittijiet tagħhom.