L-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lis-sidien tal-Istabbilimenti tal-Catering ddeskriviet il-Budget imħabbar illum bħala wieħed ħaj u li ser iħalli l-flus fil-bwiet tan-nies.
Is-Segretarju tal-ACE, Matthew Pace semma ż-żieda fl-istipendju u fil-pensjonijiet fost il-miżuri li ser ikomplu jistimulaw aktar kummerċ.
Barra minn hekk innota ukoll it-tnaqqis ta’ taxxa fuq l-over-time u l-part-time li ukoll ser jippremjaw il-bżulija tal-ħaddiem u mistennija jħallu impatt pożittiv fuq is-settur tal-catering.