Wara li l-Gvern preżenta l-miżuri fil-Budget għas-sena d-dieħla, il-Kap tal-Oppożizzjoni organizza konferenza tal-aħbarijiet fid-daħla fil-Parlament u qal li dan il-Gvern jonfoq u jaħli.
Tul konferenza tal-aħbarijiet li anki l-ġurnalisti bdew isemmulu l-miżuri soċjali u li jinċentivaw il-ħaddiema u ma jitfgħux piżijiet fuq in-negozji, Bernard Grech kien negattiv u spiċċa anki jitfixkel.
Qal li l-Gvern lanqas studju ma għamel fuq proposta ta’ Metro.
Inċidentalment, il-Kap Nazzjonalista qal dan fl-istess jum li l-Gvern ippubblika l-istudji tal-esperti tal-Arup fuq it-trasport tal-massa.
Bernard Grech spiċċa anki jitkellem kontra Malta u jgħid li pajjiżna mhuwiex wieħed li tieħu pjaċir fih.