L-Assoċjazzjoni għal-Lukandiera u s-Sidien tar-Ristoranti, l-MHRA, tinsab kuntenta ferm bil-Budget li ressaq il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela.
Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li bħala Assoċjazzjoni riedu Budget għan-nies u dan fil-fatt twassal lin-nies illum.
Saħaq li l-ħaddiema fis-settur tal-ospitalità se jgawdu permezz ta’ tnaqqis fir-rati tat-taxxi fosthom fuq l-over-time u l-part-time.
Qalet li dawn il-miżuri jinkoraġixxu lin-nies biex jaħdmu u jaqilgħu l-għajxien tagħhom.
Tony Zahra qal li bil-Budget il-Gvern qed juri li qed jinvesti b’mod qawwi fil-prodott u anki fil-konnettività.
“Il-Budget intlaqa’ b’mod tajjeb min-naħa tagħna u dan kien Budget li investa fin-nies”, saħaq ma’ ONE News il-President tal-MHRA.