Ser ikun addotat mekkaniżmu ġdid sabiex jistabilixxi d-dħul tal-artisti fuq medja ta’ tliet snin għal fini ta’ taxxa.
Dan filwaqt li r-rata tat-taxxa tad-dħul għall-artisti ser tinżel għal 7.5%, mis-sena d-dieħla.
Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar kif ser tkun ivvotata ċ-ċifra ta’ miljun ewro sabiex tinħoloq skema ta’ garanzija għall-attivitajiet artistiċi indipendenti sabiex dawn jiġbru spejjeż li jistgħu jkunu neċessarji jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu.
Dan filwaqt li ser ikunu vvotati €2 miljun oħra sabiex tkun sostnuta l-iskema ta’ għajnuna li tingħata għal seats li ma jkunux jistgħu jinbiegħu f’każ ta’ restrizzjonijiet ġodda fuq l-avvenimenti.
Ser ikunu vvotati €2 miljun oħra sabiex tinħoloq skema ta’ għajnuna għall-proġetti artistiċi indipendenti li ser titmexxa mill-Kunsill Malti għall-Arti.