Il-budget għas-sena d-dieħla jinkludi investiment kbir ukoll fil-qasam tas-saħħa.
Il-Ministru għall-Finanzi spjega kif il-Gvern ser ikun qed jinvesti fl-estensjoni tal-bini ta’ bank tad-demm filwaqt li ser tkun qed tinkera faċilità għal sptar tal-psikjatrija akuta sakemm jitlesta l-isptar il-ġdid qrib l-isptar Mater Dei.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan filwaqt li ser ikun hemm żieda fil-kapaċità tas-servizzi offruti mill-Isptar Monte Karmeli.
Ser ikun qed ikompli wkoll l-immodernizzar tas-swali tal-isptar Monte Karmeli.
Fil-Budget għas-sena d-dieħla intqal kif ser ikun sostnut proġett pilota li kien introdott biex isir moniteraġġ regolari u kontinwu tal-livell taz-zokkor tat-tfal taħt is-sittax-il sena li jbatu mid-Dijabete tat-Tip I.