Il-Ministru għall-Finanzi ħabbar proġett kbir t’afforestazzjoni fiż-żona tal-Inwadar, li hija żona li testendi min-naħa tax-Xgħajra saż-Żonqor f’Wied il-Għajn.
L-ammont ta’ tħawwil ta’ siġar se jagħti dehra estetika ta’ kif tidher Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan il-proġett se jinħadem fuq medda ta’ ħames snin b’investiment ta’ €20 miljun.
Dan se jkun qed jaċċerta wkoll s-sostenibilità tal-proġett fosthom l-immaniġjar tal-ilma u anki l-ħarsien tal-biodiversità tal-madwar.
B’dan il-proġett ambjentali, l-Inwadar se jsir masġar akbar mill-Buskett.