Miżura oħra introdotta fil-Budget għall-2022 tindirizza lill-ħaddiema tal-kuntratturi li jipprovdu xogħol lis-settur pubbliku.
Fil-fatt, wara li ġie innutat kif dawn ma jirċivux l-istess ħlas għall-istess xogħol meta mqabbel ma’ ħaddiema tas-settur pubbliku, il-ħaddiema tal-kuntratturi issa se jkunu qed jirċievu ħlas doppju għas-sigħat tax-xogħol li jinħadmu fil-ħdud.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Gvern se jkun qed jagħmel tajjeb għal dan il-ħlas.
B’kollox din il-miżura waħedha se tkun qed tiswa mal-€5 miljun.