Ir-rata ta’ taxxa fuq id-dħul mill-overtime ukoll ser tkun qed tara tnaqqis.
Dan hekk kif fid-diskors tal-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana tal-Budget 2022, tħabbar li dawk il-ħaddiema li l-paga bażika tagħhom ma teċċedix l-€20,000 fis-sena u li m’għandhomx pożizzjoni maniġerjali, ser jibdew jiġu ntaxxati bil-15% fuq l-ewwel €10,000.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan huwa ekwivalenti għall-ewwel 534 siegħa fi dħul mill-overtime.
B’hekk permezz ta’ din il-miżura li se jgawdu minnha mat-30,000 ħaddiem u se jkunu qed jingħataw totall ta’ €6 miljun fit-traħħis fit-taxxa tad-dħul.
Sa din is-sena t-taxxa fuq l-over-time wkoll kienet ta’ 15% iżda biss fuq l-ewwel 100 siegħa.
B’hekk din il-miżura se titjib b’aktar minn ħames darbiet aktar.