Matul is-sena li ġejja 680 familja oħra se jiġu allokati dar mill-Gvern permezz tal-iskema tal-Awtorità tad-Djar, ‘Nikru Biex Nassistu’.
Dan wara li l-lista tal-istennija niżlet għal anqas minn 1,800 persuna.
Dan filwaqt li naqset bin-nofs ir-rata li biha jiżdiedu applikazzjonijiet ġodda.
Dan it-tnaqqis fil-lista tal-istennija seħħ wara allokazzjoni ta’ 700 appartament tal-akkomodazzjoni soċjali mill-istokk eżistenti u permezz ta’ skemi fejn appartamenti jinkrew mingħand il-privat.
Matul l-2022 il-Gvern se jkompli bil-programm ta’ tisbiħ u riġenerazzjoni tal-binjiet eżistenti t’akkomodazzjoni soċjali.
L-Awtorità tad-Djar se tkun qed tkompli bl-iskema tal-Equity Sharing Plus fejn persuni l-Gvern se jkompli jidħol għal masismu ta’ 50% tal-propjetà li tinxtara.
Din id-darba l-Gvern se jibda jassisti persuni ’l fuq minn 30 sena hekk kif sa issa igawdi minn din l-iskema dawk li jgħoddu minn 40 sena ’l fuq u li għandhom dħul medju jew baxx.
Fl-istess waqt se jibqgħu miftuħin skemi li qed jgħinu liż-żgħażagħ isiru sidien ta’ darhom.