Fi stqarrija id-Dwana Maltija qalet li interċettat kontejner li fih kien hemm sitt vetturi misruqa mill-Kanada u li kien fi triqtu lejn Abu Dhabi.
Il-vetturi maqbuda huma tliet Ford pick-ups F450, Jeep Grand Cherokee SUV, Jaguar F-pace u Ford Expedition SUV.
Dan seħħ ġimgħa wara li d-Dwana f’Malta għamlet qabda simli ta’ vetturi.
L-Uffiċjali tad-Dwana nnotifikaw lill-Awtoritajiet Kanadiżi, filwaqt li l-Pulizija Maltija qed tinvestiga l-każ.