Tħabbret il-mewt ta’ Alphonse Farrugia, imprenditur Ħamruniż.
Huwa miet fl-età ta’ 82 sena u kellu sebat itfal.
Kienu bosta Ħamruniżi li sellmu l-memorja ta’ Fonzu, kif kien magħruf minn kulħadd.
Huwa kien magħruf kemm kien jgħin lin-nies speċjalment fil-komunità Ħamruniża.
Fonzu bena negozju fil-qasam tax-xorb u anki tal-gass.
Huwa kien magħruf bħala Fonzu tal-birra.
Fonzu kien attiv fil-Każin tal-Banda San Gejtanu tant li kien anki Viċi President fil-Kumitat.