The Maltese Village Festa – ktieb li fih jiġbor dak kollu relatat mal-festi ta’ lokalitajiet differenti f’pajjiżna Dawn il-festi tradizzjonali ġew stampati f’sensiela ta’ ritratti, li minn għajn il-fotografu jiddeskrivu l-mod ta’ kif il-festa tar-raħal tiġi ċċelebrata.
Bla dubju, r-ritratti li ssib f’dan il-ktieb juru l-passjoni kbira li bija jinvolvu ruħhom mijiet ta’ volontiera li huma dilettanti tal-festa. Volontiera li jqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom biex fid-data tal-festa kollox ikun lest biex jingħata ġieħ il-patrun jew il-patruna. Minn nar tal-ajru għat-tiżjin tal-festa, il-ktieb jispjegalek din it-tradizzjoni.
F’konferenza tal-aħbarijiet ic-chairman ta’V18, Jason Micallef, faħħar din l-inizzjativa li tkompli ssaħħaħ l-elementi kulturali Maltin speċjalment fid-dawl li l-Belt Valletta se tkun il-kapitali kulturali fl-2018.
Dan il-ktieb jista’ jinxtara mill-ħwienet ewlenin tal-kotba.