Ġiet inawgurata c-childrens interactive area fid-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali tal-Pulizija. L-iskop ewlieni ta’ din iż-żona għat-tfal hija li l-minorenni li għal xi raġuni jkunu spiċċaw għand il-Pulizija jkunu f’ambjent komdu biex tkun tista’ ssir l-investigazzjoni.
Il-Ministru Carmelo Abela qal li dan il-post se jservi ta’ rikreazzjoni filwaqt li jkun post addattat biex it-tfal ikunu jistgħu jesprimu ruħhom faċilment waqt l-interrogazzjoni. Dak li jgħidu t-tfal fl-interogazzjoni se jiġi rrekordjat iżda dawn il-filmati mhux se jintużaw fil-Qorti.
Dan il-post huwa mgħammar b’riżorsi interattivi filwaqt li huwa wieħed attraenti għat-tfal.