Il-Kanċillier Awstrijak, Sebastian Kurz irriżenja.
Kurz irriżenja wara li aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm rejd fl-uffiċini tiegħu minħabba akkużi ta’ tixħim.
Dawn ir-rejds saru kemm fl-uffiċċju ta’ Kurz u anke fil-kwartieri tal-Partit Konservattiv li jmexxi.
Dan saru minħabba allegazzjonijiet li Kurz u l-Partit Konservattiv xaħħmu lill-gazzetta lokali biex tgħin lil Kurz u l-partit tiegħu.
Is-suspetti huma li t-tixħim involva fondi pubbliċi u b’hekk il-gazzetta tħallset minn flus tal-Ministeru għall-Finanzi.
Aktar kmieni din is-sena, Kurz kien tpoġġa taħt investigazzjoni kriminali dwar jekk qalx il-verità quddiem il-kumitat parlamentari li qed jinvestiga allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni minn membri tal-Gvern preċedenti tiegħu.
Illejla, Sebastian Kurz qal li floku se jilħaq il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Alexander Schallenberg.