Id-dawl fil-Libanu nqata’ kompletament wara li ż-żewġ power stations tal-pajjiż spiċċaw bla fjuwil.
Rapporti qed jgħidu kif dan il-qtugħ tad-dawl se jibqa’ għaddej għal diversi jiem, hekkk kif il-pajjiż qed jesperjenza nuqqas kbir ta’ fjuwil.
Minħabba din is-sitwazzjoni bosta negozji kellhom jgħalqu l-bibien tagħhom, filwat li n-nies qed iduru lejn il-black market.
Bħalma anke ġara fir-Renju Unit, fil-Libanu hemm kjuwijiet twal ħdejn il-pompi sabiex jagħtu l-petrol lill-vetturi tagħhom.